STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA
pr1871
07/09/2013
Dalgħodu is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kultura u l-Kunsilli Lokali l-Onor. Jose’ Herrera ppreżenta trofew lil dawk li pparteċipaw fis-Swieqi Fest. Din l-attività hija parti mis-Swieqi Day li jorganizza l-Kunsill Lokali. Is-Swieqi Fest giet organizzata mis-Swieqi Social and Sports Committee bil-għajnuna tal-Kunsill Lokali Swieqi.
Is-Segretarju Parlamentari ntlaqa’ mis-Sindku tas-Swieqi Noel Muscat li spjegalu l-inizjattivi li qed jieħu l-Kunsill fl-attività ta’ din is-sena, fosthom Festival tal-Ilma biex jagħti sinifikat lill-isem tas-Swieqi li ġej mill-kelma ‘saqwi’. Dan il-Festival tal-Ilma qed jieħu ħsiebu l-kunsillier tas-Swieqi s-Sur Mario Fava bil-għajnuna tal-Kunsill Lokali Swieqi.
Stqarrijiet Oħra:
PR262032
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...
PR262031