L-ISPEAKER, L-ONOREVOLI ANĠLU FARRUGIA FUQ ŻJARA UFFIĊJALI ĠEWWA L-AWSTRALJA
L-Ispeaker, l-Onorevoli Anġlu Farrugia beda ż-żjarat uffiċjali tiegħu proprju matul il-jum tas-7 ta’ Settembru gewwa Sydney. Fl-ewwel impenji tiegħu, l-Ispeaker żar xi postijiet tal-votazzjoni peress li llum qed jinżammu l-elezzjonijiet ġenerali ġewwa l-Awstralja.
Matul il-jum ta’ llum, l-Onor. Anġlu Farrugia żamm laqgħa mal-Maltese Community Resource Centre, liema ċentru jinsab ġewwa Parramatta West, fejn hemm iltaqa’ ma diversi familji Maltin.
Aktar tard mal-jum, iltaqa’ ma diversi membri ta’ kumitati ta’ assoċjazzjonijiet Maltin li jiffurmaw parti mill-Malta Community Council ta’ New South Wales, fejn hemm gie milqugħ mill-President tal- Malta Community Council is-Sur Alfred Fenech. Wara, l-Onor. Farrugia akkumpanjat mis-Sur Fenech, żar il-momument tal-Migranti Maltin.
L-Onor. Anġlu Farrugia wara ltaqa’ wkoll mal-La Vallette Social Centre ta’ Blacktown fejn ġie milqugħ mis-Sur Gaetan Pace, President ta’ La Vallette Social Centre, kif ukoll għamel żjara f’St. Dominic’s Hostel for the Aged, fejn ġie milqugħ u mdawwar mal-faċilità minn Sr. Georgina Sultana.
Stqarrijiet Oħra:
PR262032
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...
PR262031