KATALISTI FIL-BIDLA FIL-QASAM SOĊJALI
Il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali jrid ikun Ministeru katalista fil-bidla li se tkun qed issir biex jintlaħqu l-aspirazzjonijiet tal-poplu.
Qalet dan il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali l-Onor. Marie-Louise Coleiro Preca fl-introduzzjoni tal-kors dwar ‘Il-Politika Soċjali u l-Ġustizzja Soċjali’ offrut lill-uffiċjali fil-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali.
Coleiro Preca spjegat kif dan il-kors se jgħin biex nibnu mentalità ġdida ta’ kif jopera dan il-Ministeru li jrid iħaddem politika soċjali li tagħmel sens għar-realtà soċjali tal-lum.
Il-Ministru faħħret il-parteċipazzjoni tal-ħaddiema tal-Ministeru u l-entitajiet governattivi li ħadu l-interess biex jirċievu dan it-taħriġ professjonali.
Coleiro Preca qalet li l-Ministeru qed ikun proattiv fejn qed jieħu rwol preventiv u jilqa’ minn qabel ċertu sitwazzjonijiet fis-soċjetà tagħna.
Spjegat kif dan it-taħriġ se jkun l-ewwel pass biex il-Ministeru jagħti l-aħjar servizz filwaqt li jżid l-effiċjenza fl-operat tiegħu.
Il-kors li huwa maqsum fuq tmin sessjonijiet qed jkun mogħti mill-Professur Maurice Mullard, mill-Università ta’ Hull fir-Renju Unit.
Stqarrijiet Oħra:
PR262032
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...
PR262031