Left arrow Mur Lura

SEJĦA GĦAL PROPOSTI TA’ PROĠETTI TAĦT IL-FOND SOĊJALI EWROPEW (FSE)

PR1860
Date Icon 06/09/2013

L-Awtorita’ ta’ Ġestjoni f’Malta għall-Politika’ ta’ Koeżjoni 2007-2013, id-Diviżjoni għall-Ippjanar u l-Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet (PPCD) fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall-Presidenza tal-UE 2017 u Fondi Ewropej, Ministeru għall-Affarjiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali,  tixtieq tgħarraf li qed tniedi sejħa għall-proposti ta’ proġetti taħt il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) 2007-2013.

Applikanti eliġibbli huma mistiedna jibagħtu l-applikazzjonijiet tagħhom għal proġetti li jaqgħu taħt l-Assi ta’ Prijorita’ msemmi hawn taħt tal-Programm Operattiv II: ‘Insaħħu Ħilitna għal Aktar Impjiegi u Kwalitá ta` Ħajja Aħjar:’

Assi ta’ Prijorità 4: Insaħħu l-Kapaċità Istituzzjonali u Amministrattiva

Setturi:

Tisħiħ tar-riforma fis-settur pubbliku

Tagħlim tul il-ħajja għas-Settur Pubbliku

Tisħiħ tal-kwalità tas-servizzi tal-impjiegi

Total indikattiv ta’ finanzjament: €5.5 miljun (bil-possibilità li jiżdied skont l-ammonti li ma jkunux ġew allokati)

Din is-sejħa hija miftuħa biss għal entitajiet u organizzazjonijiet pubbliċi.

IS-SEJĦA TAGĦLAQ NHAR il-ĠIMGĦA 18 ta’ OTTUBRU 2013 F’NOFSINHAR (12:00 hrs)

Applikanti prospettivi huma mgħarrfa li l-Programm Operattiv, il-Formola tal-Applikazzjoni u n-Noti Gwida kif ukoll informazzjoni oħra jistgħu jinkisbu mill-sit elettroniku www.ppcd.gov.mt/calls_all

Applikazzjonijiet jintlaqgħu fl-uffiċċju tal-PPCD Triq il-Kukkanja, Santa Venera, SVR 1411

SESSJONI TA’ INFORMAZZJONI

Għal aktar informazzjoni, applikanti prospettivi huma mħeġġa li jattendu s-Sessjoni ta’ Informazzjoni li se ssir nhar it-Tnejn 16 ta’ Settembru 2013 min-12:30 – sal-5:00 pm.

Dawk interessati jistgħu jirreġistraw onlajn fuq www.ppcd.gov.mt/calls_all sa mhux aktar tard minn nofsinhar ta’ nhar il-Ħamis 12 ta’ Settembru 2013.  Il-postijiet huma limitati u għaldaqstant se jkunu riżervati skont minn japplika l-ewwel. In-numru ta’ parteċipanti minn kull organiżżazzjoni jista’ jkun ristrett skont il-bżonn.

Sadanittant, aktar informazzjoni u dokumentazzjoni ġenerali jistgħu jinkisbu minn fuq is-sit elettroniku tal-PPCD: www.ppcd.gov.mt jew billi tintbagħat email fuq info.ppcd@gov.mt.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta

PR262031

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...

Aktar Stqarrijiet Right arrow