STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI, L-AMBJENT U T-TIBDIL FIL-KLIMA
Taħdidiet dwar il-Kwalità tal-Arja
Għada l-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat mistenni jkollu taħdidiet ma’ espert Ġermaniż fil-qasam tal-arja: Karl Ludwig Hüttner.
Karl Ludwig Hüttner jispeċjalizza fit-tniġġis tal-arja u ġej mill-Ministeru Federali għall-Ambjent u l-Konservazzjoni tan-Natura fil-Ġermanja.
Tul ix-xahar ta’ Settembru l-Gvern qed jorganizza numru ta’ inizjattivi u attivitajiet favur il-promozzjoni tal-kwalità tal-arja.
Il-Ministeru javża li diskussjoni pubblika li kellha ssir għada filgħaxija f’Wesgħa Kunsill tal-Ewropa fil-Fgura bit-titlu ta’ Sehemek: Lejn Arja Aktar Nadifa qed tiġi posposta għall-ġimgħa d-dieħla. Id-diskussjoni pubblika se ssir il-Ġimgħa 13 ta’ Settembru fis-6:30pm fil-lukanda Phoenicia, l-Floriana.
Stqarrijiet Oħra:
PR262032
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...
PR262031