Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GHALL-BIEDJA, SAJD U DRITTIJIET TAL-ANNIMALI

pr1851
Date Icon 05/09/2013


Interess minn investituri lokali iżda wkoll barranin għall-Public Private Partnership (PPP) għall-iżvilupp ta’ Marine Hatchery


Erba’ investituri kemm lokali u dawk barranin, applikaw għas-sejħa ta’ interess maħruġa mis-Segretarjat għall-Biedja, Sajd u Agrikoltura għad-disinn ta’ kostruzzjoni u operazzjoni ta’ Marine Hatchery. Din se ssir bi sħab bejn il-Gvern u s-settur privat.

Il-Gvern laqgħa bi ħġaru l-interess qawwi ta’ dawn il-kumpanniji li qed juru interess għall-Public Private Partnership (PPP) fis-settur tal-akwakultura. Il-Gvern iddeċieda li jinvolvi s-settur privat f’dan il-proġett sabiex l-industrija tal-akwakultura dejjem tkompli tikber u permezz t’hekk,  jinħolqu aktar impjiegi, opportunitajiet għall-professjonisti, iżda wkoll opportunitajiet għaż-żgħażagħ. Permezz ta’ dan il-proġett huwa mistenni li jitħallew madwar seba’ miljun ewro fis-sena fil-kaxxa ta’ Malta.

Din il-Marine Hatchery għandha tinkludi wkoll Ċentru ta’ Riċerka tal-Akwakultura ikbar min dik li għandna f’Torri ta’ San Luċjan f’Marsaxlokk, sabiex inlaħħqu mal-iżvilupp tar-riċerka f’dan is-settur. Permezz ta’ hekk inkunu qed nippromwovu akwakultura sostenibbli b’divesità ta’ speċi ta’ ħut li jitrabba minn bajd. S’issa, fi ħdan iċ-Ċentru Malti għar-Riċerka tal-Akwakultura qed jitfaqqsu speċi ta’ valur ogħli bħall-aċċjol u t-tonn. Qed isir ukoll xogħol fuq speċi ġodda bħal gurbell, sargi, ir-rizzi u l-ħjar tal-baħar. Dan mingħajr ma jiġu esklużi l-ispeċi tradizzjonali, l-awrat u l-ispnott. Fil-futur qarib, mistenni li jitħejjew ukoll ġenituri taċ-ċeren u pagri.

Il-progress u l-iżvilupp tal-akwakultura sostenibbli huwa wkoll skont id-direzzjoni tal-Unjoni Ewropea li qed tenfasizza mal-pajjiżi membri biex jinvestu b’mod sostenibbli f’dan il-qasam u li jiġu prodotti speċi li jagħmlu tajjeb biex l-impatt fuq is-sajd jonqos.

Fir-rigward tal-applikazzjonijiet, fil-jiem li ġejjin, is-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Agrikultura sa jappunta bord sabiex dawn il-proposti jiġu meqjusin u issir deċiżjoni għall-pass li jmiss.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta

PR262031

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...

Aktar Stqarrijiet Right arrow