L-ISPEAKER ANĠLU FARRUGIA JINDIRIZZA L-COMMONWEALTH ASSEMBLY DWAR IL-KRIŻI TA’ ĠIBILTÀ
L-iSpeaker Anġlu Farrugia llum indirizza l-Commonwealth Assembly li qed tiltaqa’ ġewwa Johannesburg, fl-Afrika t’Isfel, dwar il-kriżi bejn Ġibiltà u Spanja.
Fir-rigward tal-mozzjoni mressqa minn Ġibiltà u b’support lejn l-istess mozzjoni mressqa, l-iSpeaker l-Onorevoli Anġlu Farrugia ressaq proposta lill-assemblea, fejn id-delegazzjoni parlamentari Maltija flimkien ma dik tar-Renju Unit u Ċipru, se jkunu qed iressqu it-talba tagħhom lill-Membri Parlamentari eletti tal-pajjiżi rispettivi sabiex din il-kwistjoni tiġi mressqa għal diskussjoni fil-Parlament Ewropew. Il-proposta mressqa mill-iSpeaker ġiet approvata mill-Commonwealth General Assembly.
Matul l-istess Commonwealth Assembly, il-Whip tal-Gvern l-Onorevoli Carmelo Abela, ġie elett fl-eżekuttiv tal-British Islands and Mediterranean Region tal-Commonwealth.
Stqarrijiet Oħra:
PR262032
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...
PR262031