STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU
pr1832
03/09/2013
Il-Prim Ministru għal taħdidiet fl-Ukrajna
Il-Prim Ministru Dr Joseph Muscat illum wara nofs in-nhar ħalla Malta għall-Ukrajna fejn mistenni jkollu laqgħat mal-President tal-Ukrajna Viktor Yanukovich u l-Prim Ministru Mykola Azarov.
Id-delegazzjoni tal-Prim Ministru se tkun magħmula mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin Dr George Vella u s-Segretarju Parlamentari għall-Kompetittivita’ u Tkabbir Ekonomiku Edward Zammit Lewis.
Other Press Releases:
PR262032
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...
PR262031