Left arrow Mur Lura

FTUĦ IKKULURIT TAR-REGATTA WATER FESTIVAL

pr1822
Date Icon 02/09/2013

Ilbieraħ sar il-ftuħ uffiċċjali tar-Regatta Water Festival b’mod differenti minn kif kien isir fil-passat. Dan il-ftuħ kien jinvolvi l-In Guardia li għamlet spettaklu minn fuq id-dgħajjes tal-pass li telqu mill-Birgu u spiċċaw l-Isla. Fi tmiem dan it-traġitt huma għamlu spettakklu kkulurit li ġibed il-kurżità ta’ bosta persuni li għandhom għal qalbhom din it-tradizzjoni.

Din hija l-ewwel sena fejn sar dan l-ispettaklu, li jorbot sewwa mat-tradizzjoni tar-regatta peress li din taf il-bidu tagħha minn żmien il-kavallieri.

F’din iċ-ċerimonja saret serata qasira li matulha s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport, Stefan Buontempo, ippreżenta tifkira lir-rappreżentanti tas-seba’ klabbs tar-regatta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta

PR262031

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...

Aktar Stqarrijiet Right arrow