Left arrow Mur Lura

L-ISTRATEĠIJA TAL-GVERN KONTRA L-POVERTÀ

pr1821
Date Icon 02/09/2013

Mhux reattivi iżda proattivi

Il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali jrid ikun Ministeru proattiv li jilqa’ minn qabel ċertu sitwazzjonijiet fis-soċjetà tagħna.

Qalet dan il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali l-Onor. Marie-Louise Coleiro Preca waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha tefgħet dawl fuq x’ħareg mil-laqgħat ta’ konsultazzjoni pubblika dwar il-faqar li saru matul ix-xahar ta’ Lulju.

Coleiro Preca qalet li l-illitterizmu, il-vjolenza domestika, l-inugwaljanza, is-saħħa, in-nuqqas ta’ xogħol u housing soċjali dinjituż, ilkoll kienu fatturi komuni f’dawn il-laqgħat ta’ konsultazzjoni.

Hawnhekk semmiet il-proġett LEAP. Proġett li se jiġi ffinanzjat mill-Fond Socjali Ewropew u li huwa bbażat fuq tliet pilastri ewlenin: l-għoti ta’ servizzi fil-komunità, tisħiħ lill-għaqdiet mhux governattivi biex ikunu jistgħu jindirizzaw sitwazzjonijiet ta’ povertà b’mod iktar effettiv, u aktar għajnuna lill-persuni biex joħorġu minn nassa tal-faqar.

L-għoti tas-servizzi fil-komunità jingħataw permezz tat-twaqqif ta’ Ċentri ta’ Riżorsi għall-Familja (Family Resource Centres).

Wegħda elettorali li l-Ministru Coleiro Preca qalet li l-Gvern huwa determinat li jwettaq biex dawn iċ-Ċentri jgħinu fil-ġlieda kontra l-faqar f’pajjinża.

Matul din il-konferenza l-Onor. Marie-Louise Coleiro Preca ħabbret ġimgħa ta’ attivitajiet bit-tema ‘Ningħaqdu kontra l-faqar bl-arti u l-kultura’ li se jkun qed itella’ l-Ministeru b’kollaborazzjoni mal-iskola tal-Arti Wot Art bejn id-disgħa u l-erbatax ta’ Settembru.

Live bands, arti, drama u diskussjoni se jkunu l-qofol tal-attivitajiet mtellgħa kuljum bejn il-17:00 u s-19:00.

Indirizzaw din il-konferenza wkoll il-Koordinatriċi tal-Istrateġija dwar il-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali Dr Yana Bland Mintoff u l-Konsulent tal-Ministeru Maria Rauch.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta

PR262031

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...

Aktar Stqarrijiet Right arrow