STQARRIJA MILL-MINISTERU GHALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI
Irresponsabilità tal-Kap tal-Oppożizzjoni li jattaka l-kredibbilità tal-istituzzjonijiet f’pajjiżna
Il-Kap tal-Oppożizzjoni qed ikun irresponsabbli meta jattakka l-kredibbiltà ta’ istituzzjonijiet rispettati f’pajjiżna bħal ma huma l-Pulizija u l-Bord tal-Pulizija li jinvestiga b’mod indipendenti.
Dan l-attakk diġa rajnih minn Dr Busuttil imma kellu jerġa’ lura minnu hekk kif ingħata l-istampa kollha tas-sitwazzjoni reali.
F’dan il-każ ukoll, is-sitwazzjoni li l-Gvern wiret mill-amministrazzjoni preċedenti fil-każ tal-Pulizija qed titranġa mill-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.
Il-Ministeru ħalla lill-Bord tal-Pulizija jaħdem bl-iktar mod indipendenti, mingħajr indħil politiku u b’fiduċja sħiħa fl-Imħallef li jippresiedi din l-istituzzjoni.
B’differenza, l-Oppożizzjoni bdiet tippreġudika l-investigazzjoni bi stqarrijiet irresponsabbli u immaturità politika b’intenzjoni ċara li tiddefendi lil xi ħadd. L-attakk ta’ Simon Busuttil fuq l-Imħallef Franco Depasquale u l-bqija tal-Bord tal-Pulizija turi nuqqas ta’ serjetà u fiduċja fl-istituzzjonijiet.
Dan huwa sintomatiku tal-arroganza li l-istess persuni li qed imexxu l-Oppożizzjoni wrew meta kienu fil-Gvern.
Flok jammettu li ħallew sitwazzjoni meskina fil-Korp tal-Pulizija u fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, qed jipprovaw jattakkaw l-istituzzjonijiet biex jgħattu xturhom.
Il-Ministeru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali se jibqa’ jaħdem bl-ikbar serjetà biex jirranġa n-nuqqasijiet tal-amministrazzjoni preċedenti u mhuwiex se jaqa’ għall-provokazzjoni ta’ l-immaturità politika li qed juru Simon Busuttil u l-Partit Nazzjonalista.
Stqarrijiet Oħra:
PR262032
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...
PR262031