L-iSPEAKER TAL-PARLAMENT MALTI JILTAQA’ MAL-KONSLU ONORARJU TA’ JOHANNESBURG
L-iSpeaker tal-Parlament Malti, l-Onorevoli Anglu Farrugia waqt li jinsab imexxi delegazzjoni parlamentari ġewwa l-Afrika t’isfel li qed tipparteċipa f’diversi konferenzi organizzati mill-Commonwealth Parliamentary Association, żamm laqgħa mal-Konslu Onorarju Malti għal Johannesburg, Dr Danilo Ghirlando, aktar tard matul il-jum tal-31 t’Awwissu.
Tul il-laqgħa li nżammet bejniethom, fost diversi temi ġie diskuss il-proċess dwar il-ħruġ tal-visa b’mod reċiproku bejn iż-żewġ pajjizi.
L-iSpeaker aċċerta lill-Konslu Onorarju Ghirlando, li l-Parlament Malti jirrikonoxxi sew ix-xogħol siewi u anke dak volontarju li jwettqu l-konsli li jinsabu barra pajjiżna. L-iSpeaker fakkar ukoll li llum avolja jinsabu barra minn xtutna, jistgħu jsegwu bosta mill-ħidma parlamentari permess tas-servizz tal-live streaming u anke issa li ser ikun hemm il-perjodiku maħrug mill-Parlament, fuq l-is-sit elettroniku tal-Parlament Malti.
Għal din il-laqgħa attendew il-whips l-Onorevoli Carmelo Abela u l-Onorevoli David Agius.
Stqarrijiet Oħra:
PR262032
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...
PR262031