Left arrow Mur Lura

Il-Gvern se jgħin lill-għaqdiet ikunu aktar kreattivi u innovattivi sabiex isiru aktar effiċjenti u jħajru aktar nies jgħixu ħajja attiva- Dr. Stefan Buontempo

pr1807
Date Icon 31/08/2013

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, iż-żgħażagħ u l-isport, Dr. Stefan Buontempo, ħeġġeġ lill-għaqdiet sportivi jkunu aktar kreattivi u innovattivi sabiex isiru aktar effiċjenti u jħajru aktar nies jgħixu ħajja attiva. Huwa esprima l-impenn tal-Gvern li jgħinhom jagħmlu dan.

Waqt ċerimonja ta’ tqassim ta’ assistenza finanzjarja lil għadd ta’ għaqdiet sportivi fil-kumpless sportiv tal-Kottonera, Dr Buontempo stieden lill-qasam sportiv biex ikompli jkun sieħeb ewlieni tal-Gvern fil-ġlieda tiegħu kontra l-obeżità u l-mard li ġġib magħha.

L-għaqdiet li bbenefikaw mill-għotjiet huma l-Federazzjoni Maltija tal-Kendo, l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi, l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Weightlifting, il-Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi, il-Klabb tal-Ġinnastika GymStars, il-Klabb Alleat Malti tal-Entużjasti tal-Ixkubetti tal-Arja Kkumpressata (Malta Allied Airgunners Club), u ċ-ċampjin tat-tlielaq tal-muturi, Simon Giordimaina.

Preżenti għaċ-ċerimonja kien hemm, fost l-oħrajn, iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Isport, Jonathan Barbara.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta

PR262031

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...

Aktar Stqarrijiet Right arrow