IS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-BIEDJA, SAJD U DRITTIJIET TAL-ANNIMALI NIEDA KAMPANJA TA’ TISWIJA (NEUTERING) GĦALL-KLIEB U QTATES LI HUMA ‘STRAYS’
Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Roderick Galdes nieda kampanja favur id-drittijiet tal-annimali, din id-darba, kampanja ta’ tiswija (neutering) ta’ qtates u klieb li huma ‘strays’. Huwa qal li dan huwa possibli permezz tal-għajnuna li qed tingħata mill-Għaqda mhux Governattiva Internazzjonali, European Society for the protection of animals and nature, ETN.
Waqt it-tnedija tal-Kampanja li saret fil-klinika fejn se jkunu qed jiġu operati l-annimali, f’Ħal Qormi, is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes enfasizza dwar l-importanza li qtates u klieb li jinsabu fit-toroq jew santwarji, jiġu operati.
Huwa qal li kull Għaqda mhux Governattiva li għandha fi ħdana qtates u klieb jew feeders li jieħdu ħsieb il-qtates jistgħu jaħtfu din l-opportunità biex jgħinu fil-kampanja ta’ tiswija tal-annimali, fosthom qtates u klieb. Il-kampanja se tkun qed tibda fit-3 ta’ Settembru, u tiġi fi tmiema ġimgħatejn wara fis-17 ta’ Settembru.
Dawk interessati se jkunu jistgħu jċemplu fuq in-numru 27 400 300 biex jagħmlu appuntament sabiex joperaw l-annimali.
Fi tmiem id-diskors tiegħu huwa rringrazzja lil ETN tal-għajnuna li qed tingħata lill-Gvern permezz tal-Vets barranin li se jkunu qegħdin Malta biex joperaw l-annimali. L-Onor. Galdes ma eskludiex li l-ETN tassisti lill-Gvern fi proġetti futuri oħrajn.
Stqarrijiet Oħra:
PR262032
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...
PR262031