STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-BIEDJA, SAJD U DRITTIJIET TAL-ANNIMALI
Suq tal-bdiewa fil-lokalità tal-birgu
Is-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali qed iħabbar li s-Suq tal-Bdiewa (Farmers’ Market) fil-lokalita tal-Birgu ser ikun qed jopera minn għada.
Dan is-Suq tal-Bdiewa ser jinfetaħ bi qbil mal-Kunsill Lokali tal-Birgu.
Is-Suq ser jarma kull nhar tà Sibt, eskluż festi pubbliċi u l-ħinijiet għal pubbliku huma mis-sebgħa tà filgħodu (7.00am) sa nofsinhar (12.00pm).
F’dan is-Suq ser ikunu qiegħdin jinbiegħu prodotti mkabbrin lokalment.
Is-Segretarjat Parlamentari resposabbli għall-Biedja, flimkien mall-Kunsill Lokali, huma mpenjati biex dan is-Suq ikun suċċess, sabiex minnu jgawdi l-bidwi, il-komsumatur tal-lokal, kif ukoll tal-madwar.
Għal aktar informazzjoni wieħed għandu jċempel 22926124.
Other Press Releases:
PR262032
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...
PR262031