Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL- MINISTRU GĦAL GĦAWDEX

pr1802
Date Icon 30/08/2013

Laqgħa mal-Bord tad-Diretturi tal-PBS, f’Għawdex


Il-Ministru għal Għawdex dalgħodu rrikonoxxa l-isforz li qed isir mill-PBS biex Għawdex ikollu l-promozzjoni li jistħoqqlu mill-mezzi tax-xandir. Dan qalu waqt laqgħa mall-bord tad-Diretturi li sar fil-Kempinski Hotel dalgħodu li għalih attendew id-Diretturi kollha mmexxija mic-Chairman Dr. Tonio Portughese u anke kienu mistednin l-entitajiet kollha Għawdxin.

Dan ikompli juri l-impenn u l-ħeġġa li l-PBS qed jieħu b’inkoraġġament mill-Ministeru għal Għawdex biex il-gżira Għawdxija tkompli ssemma leħinha.

F’istess okkażżjoni, kien hemm kliem ta tifħir fir-rigward tal-ħidma presenti tal-Ministeru għal Għawdex f’dak li għandu x’jaqsam il-qasam ta’ promozzjoni għal Għawdex.

Tkellmu wkoll uħud mill-persuni inkarigati mill-entitajiet Għawdxin kif ukoll artisti lokali fejn esprimew ix-xewqa li anke jkun hemm xandir dirett waqt aħbarijiet permezz ta’ links apposta f’Għawdex biex dan jiffaċilità l-ħidma lil dawk involuti. Issemmiet ukoll il-V18 fejn ix-xewqa hija li Għawdex ikollu s-sehem tiegħu ukoll f’dan l-avveniment tant mistenni fuq skala internazzjonali.

Il-Ministru Refalo kkonkluda billi għal darb’oħra rringrazzja lill-bord kollu talli ħa l-inizjattiva għall-ewwel darba li jitla’ Għawdex hu stess biex isseħħ laqgħa bħal din. Huwa sostna li dan diġà huwa pass ‘il quddiem u jawgura futur mill-isbaħ għal Għawdex.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta

PR262031

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...

More Press Releases Right arrow