DELEGAZZJONI PARLAMENTARI MALTIJA TATTENDI GĦAT-“33RD SMALL BRANCHES CONFERENCE” F’JOHANNESBURG
pr1801
30/08/2013
Dalgħodu f’Johannesburg fl-Afrika t’Isfel, qed titlaqqa’ l-ewwel konferenza organzizzata mill-Commonwealth Parliamentary Association.
Matul din il-konferenza qed jiġu diskussi bl-aktar mod speċjalizzat, temi u suġġetti li jirrigwardaw is-separazzjoni tal-poter u governanza ekwa u ġusta, il-ħtiġijiet tas-suq lokali fir-rigward tal-qasam tax-xogħol, l-isfidi fil-qasam tal-edukazzjoni, l-assigurazzjoni ta’ sistema leġislattiva u teknika ġusta, fir-rigward ta’ żidiet fit-taxxi f’stati żgħar.
Id-delegazzjoni Parlamentari Maltija hija komposta mill-Onorevoli Carmelo Abela u l-Onorevoli David Agius u mmexxija mill-Ispeaker l-Onorevoli Anglu Farrugia.
Stqarrijiet Oħra:
PR262032
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...
PR262031