Left arrow Go Back

SERVIZZ TAT-TRASPORT PUBBLIKU AĦJAR MILLI ANTIĊIPAT

PR1789
Date Icon 28/08/2013

Mil-lum, l-operatur privat Unscheduled Bus Services (UBS) ingħaqad mas-servizz tal-kumpanija Arriva, biex jibda jopera f’dawk ir-rotot li ġew affettwati bid-deċiżjoni li daħlet fis-seħħ mill-bieraħ fil-għaxija, biex il-‘bendy buses’ jitneħħew mir-rotot kollha.

Is-servizz offrut mill-operatur privat matul il-ġurnata kien wieħed sodisfaċenti, tant li ma kienx hemm ilmenti kbar minn dawk li wżaw is-servizz dal-għodu, ħlief għal xi każi iżolati. F’dawn iċ-ċirkostanzi, TM tinsab sodisfatta bil-koperazzjoni u s-servizz offrut mill-operatur privat.

B’mod ġenerali, jista’ jingħad li s-servizz offrut kien aħjar minn dak antiċipat.

Quddiem din is-sitwazzjoni, fejn kellhom jittieħdu deċiżjonijiet immedjati biex ikun hemm mill-inqas inkonvenjenzi fuq dawk li jużaw is-servizz, il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura jirringrazzja lill-operatur UBS li flimkien ma’ Transport Malta, u bi qbil mal-Arriva, daħlu biex joffru dan is-servizz.

Sadanittant, illejla reġgħet issejħet laqgħa oħra mill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura bejn l-Arriva u ċ-Ċermen ta’ Transport Malta u saru laqgħat separati oħrajn bejn Transport Malta, l-operatur UBS u l-Arriva biex jiġi assigurat li dan is-servizz temporanju jkompli jingħata bl-inqas inkonvenjenzi possibbli.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta

PR262031

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...

More Press Releases Right arrow