Left arrow Mur Lura

ATTIVITAJIET TAL-KUMITAT FESTI NAZZJONALI FL-OKKAŻJONI TAL-FESTA NAZZJONALI TA' "JUM IL-VITTORJA" 2013

pr1786
Date Icon 28/08/2013

Il-Ġimgħa, 6 ta' Settembru 2013

09.30 hrs Tqegħid ta' kuruni mill-Kumitat Festi Nazzjonali mal-Monument ta’ Malta Rebbieħa, fl-Isla, segwit mill-Monument tal-Vittorja tal-Assedju l-Kbir fil-Birgu, Forti Sant’Anglu u ċ- Ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata fejn jigu mfakkra l-vittmi tat-Tieni Gwerra Dinjija.

Serata Kommemorattiva f' Misraħ l-Assedju, il-Belt Valletta

18.00 hrs Wasla tal-mistednin distinti

18.10 hrs Wasla tal-Prim Ministru

18.15 hrs Programm Mużiko/Letterarju bil-parteċipazzjoni tal-Banda tal-Forzi Armati immexxija mill-Kaptan John I. Borg u l-Kor “ Marie Therese Vassallo Voice Studio”. Matul is-serata se jsir diskors kommemorattiv mill-Prof. Godfrey Pirotta. Lejn l-aħħar tas-serata ssir ċerimonja ta’ tqegħid ta' kuruni mill-Prim Ministru, Mr Speaker, Kap tal-Oppożizzjoni, Persuni Distinti u Korpi Kostitwiti. Is-serata se tkun ippreżentata mis-Sinjura Marlene Abela.
 Innu Nazzjonali


Is-Sibt, 7 ta' Settembru, 2013

Quddiesa Pontifikali fil-Bażilika ta’ Marija Bambina, Senglea

18.30 hrs Tluq tal-Banda tal-Forzi Armati ta' Malta flimkien ma' Gwardja tal-Unur mill-pjazza biswit Triq il-Karmnu (qabel tidħol il-mina tal-Isla)

18.57 hrs Wasla tal-Gwardja tal-Unur u l-Banda tal-Forzi Armati quddiem il-Bażilika ta’ Marija Bambina, Senglea.

19.03 hrs Wasla tal-Kmandant tal-Forzi Armati

19.06 hrs Wasla tal-Prim Ministru

19.10 hrs Wasla tal-E.T. il-President ta' Malta

Jingħata Salut Nazzjonali u ssir spezzjoni tal-Gwardja tal-Unur

19.15 hrs Quddiesa Pontifikali


Il-Ħadd, 8 ta' Settembru, 2013

"JUM IL-VITTORJA"

Ċerimonja ta’ tifkira mill-Eċċ.Tiegħu l-President ta’ Malta

10.00 hrs Tqegħid ta' Kuruna mill-E.T. il-President ta' Malta, assistit miċ-Chairman tal-Kumitat Festi Nazzjonali fuq il-Monument tal-Assedju l-Kbir, il-Belt Valletta.  Tieħu sehem l-Armata tal-Forzi Armati ta’ Malta

Regatta fil-Port il-Kbir

13.15 hrs Regatta nazzjonali fil-Port il-Kbir, organizzata mill-Kunsill Malti għall-Isport bħala parti mir-Regatta Festival fil-Port il-Kbir. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta

PR262031

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...

Aktar Stqarrijiet Right arrow