ATTIVITAJIET TAL-KUMITAT FESTI NAZZJONALI FL-OKKAŻJONI TAL-FESTA NAZZJONALI TA' "JUM IL-VITTORJA" 2013
Il-Ġimgħa, 6 ta' Settembru 2013
09.30 hrs Tqegħid ta' kuruni mill-Kumitat Festi Nazzjonali mal-Monument ta’ Malta Rebbieħa, fl-Isla, segwit mill-Monument tal-Vittorja tal-Assedju l-Kbir fil-Birgu, Forti Sant’Anglu u ċ- Ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata fejn jigu mfakkra l-vittmi tat-Tieni Gwerra Dinjija.
Serata Kommemorattiva f' Misraħ l-Assedju, il-Belt Valletta
18.00 hrs Wasla tal-mistednin distinti
18.10 hrs Wasla tal-Prim Ministru
18.15 hrs Programm Mużiko/Letterarju bil-parteċipazzjoni tal-Banda tal-Forzi Armati immexxija mill-Kaptan John I. Borg u l-Kor “ Marie Therese Vassallo Voice Studio”. Matul is-serata se jsir diskors kommemorattiv mill-Prof. Godfrey Pirotta. Lejn l-aħħar tas-serata ssir ċerimonja ta’ tqegħid ta' kuruni mill-Prim Ministru, Mr Speaker, Kap tal-Oppożizzjoni, Persuni Distinti u Korpi Kostitwiti. Is-serata se tkun ippreżentata mis-Sinjura Marlene Abela.
Innu Nazzjonali
Is-Sibt, 7 ta' Settembru, 2013
Quddiesa Pontifikali fil-Bażilika ta’ Marija Bambina, Senglea
18.30 hrs Tluq tal-Banda tal-Forzi Armati ta' Malta flimkien ma' Gwardja tal-Unur mill-pjazza biswit Triq il-Karmnu (qabel tidħol il-mina tal-Isla)
18.57 hrs Wasla tal-Gwardja tal-Unur u l-Banda tal-Forzi Armati quddiem il-Bażilika ta’ Marija Bambina, Senglea.
19.03 hrs Wasla tal-Kmandant tal-Forzi Armati
19.06 hrs Wasla tal-Prim Ministru
19.10 hrs Wasla tal-E.T. il-President ta' Malta
Jingħata Salut Nazzjonali u ssir spezzjoni tal-Gwardja tal-Unur
19.15 hrs Quddiesa Pontifikali
Il-Ħadd, 8 ta' Settembru, 2013
"JUM IL-VITTORJA"
Ċerimonja ta’ tifkira mill-Eċċ.Tiegħu l-President ta’ Malta
10.00 hrs Tqegħid ta' Kuruna mill-E.T. il-President ta' Malta, assistit miċ-Chairman tal-Kumitat Festi Nazzjonali fuq il-Monument tal-Assedju l-Kbir, il-Belt Valletta. Tieħu sehem l-Armata tal-Forzi Armati ta’ Malta
Regatta fil-Port il-Kbir
13.15 hrs Regatta nazzjonali fil-Port il-Kbir, organizzata mill-Kunsill Malti għall-Isport bħala parti mir-Regatta Festival fil-Port il-Kbir.
Other Press Releases:
PR262032
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...
PR262031