Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-KULTURA U L-GVERN LOKALI

pr1783
Date Icon 27/08/2013

Is-Segretarju Parlamentari l-Onor. José Herrera jagħmel referenza għad-deċiżjoni meħuda mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar ilbieraħ filgħaxija, fejn wieħed mill-Kunsilliera ngħata kuntratt ta’ xogħol. L-Artiklu 39 tal-Att dwar il-Kunsilli Lokali jagħmilha ċara illi “ebda kunsillier jew impjegat ma’ xi Kunsill, jew xi kumpanija li dak il-kunsillier jew impjegat ikollu parteċipazzjoni maġġoritarja ta’ ismha jew xi interess fil-kontroll tagħha, ma għandu joffri jew jissottometti kwotazzjonijiet għal xi xogħolijiet, oġġetti jew servizzi jew għat-trasferiment ta’ xi art li dwarhom tkun inħarġet sejħa għal offerti jew kwotazzjonijiet mill-Kunsill li tiegħu huwa jkun tali membru jew impjegat”.

Għaldaqstant, is-Segretarju Parlamentari José Herrera ta struzzjonijiet lid-direttur tad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali sabiex b’effett immedjat jagħti direzzjoni lill-Kunsill ta’ San Pawl il-Baħar sabiex jirrevoka din id-deċiżjoni. Dan qed isir fl-interess ta’ tmexxija għaqlija u kontabbli li din l-amministrazzjoni qed titlob mill-Kunsill Lokali f’pajjiżna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta

PR262031

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...

Aktar Stqarrijiet Right arrow