Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI, AMBJENT U TIBDIL FIL-KLIMA

pr1767
Date Icon 23/08/2013

Kundanna għall-isfreġju li għadu għaddej fuq is-siġar

Il-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima jikkundanna u jiddeplora l-isfreġju li għadu għaddej fuq is-siġar. Il-pożizzjoni tal-Ministeru ilha li saret magħrufa mhux biss lill-pubbliku inġenerali iżda lill-istakeholders kollha.

F’Mejju li għadda dan il-Ministeru kien ħatar kumitat dwar is-siġar. Ta’ min wieħed jerġa’ jispjega li dan huwa kumitat  konsultattiv, li flimkien mal-pariri siewja tiegħu kif ukoll mad-diversi suġġerimenti prattiċi li rċieva l-Ministeru mingħand diversi membri tas-soċjetà ċivili, bħalissa qed jaħdem fuq qafas leġislattiv li mistenni jiġi konkluż fil-jiem li ġejjin bil-għan li jiżgura l-ħarsien tas-siġar. Dan aktar u aktar billi l-avviż legali tal-2001 flok saħħaħ il-ħarsien tas-siġar spiċċa biex dgħajfu.

Mhuwiex ġust li jkun hemm min jattakka lill-membri tal-kumitat konsultattiv tal-Ministeru għall-isfreġju li qed isir meta r-responsabbiltà taqa’ fuq ħaddieħor.

F’dawn iċ-ċirkostanzi wieħed jappella lil kull entità, speċjalment dawk regolatorji li għandhom xi responsabbiltà xi jġorru f’dan il-qasam, lill-Kunsilli Lokali kollha u lill-operaturi fis-settur privat biex ma jmorrux kontra x-xewqa tal-maġġoranza tal-poplu. Bi dritt wieħed jistenna minnhom għaqal, bżulija u prudenza.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta

PR262031

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...

More Press Releases Right arrow