Left arrow Mur Lura

KAMPANJA GĦALL-ĦAJJA AKTAR ATTIVA

pr1761
Date Icon 21/08/2013

Huwa ta’ tħassib li Malta għandha t-tieni l-ogħla rata ta’ tfal obeżi fid-dinja wara biss il-Greċja.  Dan għadu kif ġie ppublikat fi studju tas-Sur Andrew Decelis, Direttur fl-Università ta’ Malta. Għalhekk, il-Gvern se jibda kampanja biex iħeġġeġ lin-nies jgħixu ħajja attiva. Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport, l-Onor. Stefan Buontempo, waqt ċerimonja ta’ premjazzjoni organizzata mill-Malta Employees and Sport Association.

Filwaqt li feraħ lill-membri tal-kumitat li qed iżommu din l-assoċjazzjoni ħajja li tmur lura għas-snin 70, l-Onor. Buontempo qal li jkun tajjeb jekk din l-assoċjazzjoni tibda kampanja t’għarfien, flimkien mal-Gvern, biex l-impjegati li jaħdmu maċ-ċivil u mal-entitajiet governattivi, japprezzaw aktar il-valur ta’ saħħithom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta

PR262031

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...

Aktar Stqarrijiet Right arrow