IL-MINISTRU GĦAT-TURIŻMU TAL-LIBJA FUQ ŻJARA UFFIĊJALI F’MALTA
Illum wara nofsinhar waslet f’Malta l-Ministru għat-Turiżmu tal-Libja l-Onor. Ikram Bash Imam għal żjara uffiċjali fuq stedina tal-Gvern Malti.
Mal-wasla tagħha minn Tripli hija kienet milqugħa fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta mill-Ministru għat-Turiżmu l-Onor. Karmenu Vella akkumpanjat mill-Kap tas-Segretarjat Joe Bonello u mis-Segretarju Permanenti John Borg.
Il-Ministru għat-Turiżmu tal-Libja tinsab f’Malta għal taħdidiet uffiċjali mal-Ministru għat-Turiżmu Karmenu Vella fejn għandhom jiġu trattati bosta temi fosthom ir-revizjoni tal-ftehim ta’ koperazzjoni fil-qasam turistiku li kien ġie ffirmat bejn Malta u l-Libja fl-1995, tfassil ta’ programmi edukatttivi ta’ taħriġ fis-settur flimkien ma’ diskussjonijiet dwar żjara fil-Libja għall-operaturi turistiċi u n-negozji.
Il-Ministru għat-Turiżmu tal-Libja Ikram Bash Imam mistennija jkollha wkoll laqgħa maċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi.
Iż-żjara tal-Ministru għat-Turiżmu tal-Libja f’Malta ssegwi dik li delegazzjoni Maltija mmexxija mill-Prim Ministru Dr Joseph Muscat għamlet fil-Libja f’Ġunju li għadda.
Other Press Releases:
PR262032
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...
PR262031