Left arrow Go Back

L-ONOR. EDWARD ZAMMIT LEWIS JIFTAĦ IL-QORMI BUSINESS FORUM

pr1758
Date Icon 21/08/2013

Dalgħodu l-Onor. Edward Zammit Lewis nieda l-Qormi Business Forum, inizjattiva tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi li se twassal għal tkabbir u tisħiħ ta’ kummerċ f’Ħal Qormi b’effett pożittiv fuq l-ekonomija u l-familji Maltin. Is-Segretarju Parlamentari spjega li dan il-Business Forum se jkun ħolqa importanti għan-negozji f’Ħal Qormi sabiex negozji jwasslu l-ħsibjiet tagħhom lill-aġenziji u l-awtoritajiet tal-gvern bil-għan li jisaħħaħ il-kummerċ f’din iż-żona.

L-Onor. Zammit Lewis laqa’ b’mod pożittiv il-pjan li l-Qormi Business Forum jorganizza studju ekonomiku li jirrigwarda l-attivitajiet kummerċjali f’Ħal Qormi u kif l-oqsma tradizzjonali ta' Ħal Qormi jistgħu jiġu żviluppati bħala attrazzjoni turistiċi. 

Zammit Lewis spjega li inizjattiva pożittiva li beħsiebu jagħmel il-Qormi Business Forum huwa li jippromwovi snajja tradizzjonali u negozji ġodda biex jattira iżjed turisti u jżid il-kummerċ lejn Ħal Qormi. Din l-inizjattiva hija fl-istess ħsieb ta’ dan il-Gvern, għall-fatt li mira importani hija dik li bħala pajjiż niksbu tkabbir ekonomiku li jilħaq lil kulħadd. Dan kollu jista’ jsir biss jekk aħna bħala Gvern inħaddnu politika mmirata li ssaħħaħ u tkabbar setturi importanti primarjament dawk tan-negozji u self-employed.

Il-Qormi Business Forum jinkoraġġixxi n-negozji biex jiżviluppaw responsabbiltà korporattiva soċjali lejn familji f’Ħal Qormi fil-bżonn ta 'għajnuna. Filfatt dan il-Gvern kommess li jippromowvi t-twaqqif ta’ bank tal-koperattivi u banek speċjalizzati oħra biex propju jgħinu dawn it-tip ta’ inizjattivi. Il-Qormi Business Forum qed jimmira wkoll li jiġu organizzati seminars b'kollaborazzjoni mal-Malta Enterprise dwar inċentivi ta’ investiment u kif ukoll korsijiet tal-Ewwel Għajnuna għall-impjegati fi ħdan in-negozji joqogħdu f’Ħal Qormi.

“Inħeġġeġ lill-kumpaniji u s-sidien tan-negozji ta’ Ħal Qormi biex jipparteċipaw u jżommu ruħhom attivi f’dan il-Business Forum.  Nagħmel appell lin-negozji wkoll sabiex jagħmlu l-aħjar użu mit-Teknoloġija tal-Informatika sabiex isiru aktar kompetittivi u jilħqu swieq ikbar.  Sintendi hemm diversi opportunitajiet għall-membri li jkunu parti min dawn it-tip ta’ forums, opportunita ewlenija hija li l-membri jagħmlu iktar kuntatt ma’ membri oħra u jiġu eżaminati possibiltajiet ta’ partnerships u sabiex jiġu attirati iktar konsumaturi u kummerċ lejn dawn l-istess intrapriżi.  Business Forums joffru opportunità lill-membri tagħhom li jgawdu ambjent fejn ikun  possibbli li l-membri jitgħallmu mill-iżbalji u s-suċċessi ta' ħaddieħor.” saħaq l-Onor. Zammit Lewis.

L-Onor. Zammit Lewis awgura lis-Sindku Rosianne Cutajar, lill-kunsillier Sean Meli li qed jikkordina dan il-forum u lill-kunsilliera kollha tal-Kunsill ta’ Ħal Qormi sabiex ikomplu jieħdu inizjattivi pożittivi li jwasslu għal tkabbir ekonomiku li jilħaq lil kulħadd.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta

PR262031

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...

More Press Releases Right arrow