ŻIEDA REKORD FIN-NUMRU TA’ PASSIĠĠIERI LI TELGĦU GĦAWDEX FIL-ĠIMGĦA TA’ SANTA MARIJA
Għall-ġimgħa ta’ Santa Marija, hija drawwa li ħafna Maltin jitilgħu għal vaganza f’Għawdex. Din is-sena l-ammont ta’ Maltin li telgħu Għawdex kien ta’ 70,196 persuna, fejn kien hemm żieda ta’ 4,652 passiġġier meta mqabbel mas-sena 2012 fejn kienu telgħu 65,544. Dan huma ammont record.
L-ammont ta’ vetturi li ttellgħu fuq il-Gozo Channel kien jammonta għal 17,725 b’żieda ta’ 1,243 fuq is-sena li għaddiet. Dan kollu ammonta għal 242 vjaġġ permezz tal-Gozo Channel fejn kienet ġimgħa bla mistrieħ għal din il-kumpanija.
Dawn iċ-ċifri jikkonfermaw il-potenzjal li din il-gżira għandha. Juru wkoll li sabiex in-numru ta’ turisti lejn din il-gżira ikompli jiżdied jeħtieġ li s-servizzi kollha jkunu pprovduti kif xieraq u li kull sforz isir sabiex nilħqu l-aspettativi ta’ min iżur il-gżira t’Għawdex.
Il-Ministeru għal Għawdex juri s-sodisfazzjon tiegħu għall-mod kif tmexxa t-tragett bejn Malta u Għawdex b’mod aktar regolari biex iċ-ċittadini jkunu moqdija aħjar kif ukoll juri l-apprezzament tiegħu lejn dawk kollha li għoġobhom iżuru l-gżira Għawdxija għall-btala tagħhom f’dawn iż-żminijiet.
Il-Ministeru jitsqarr li flimkien mal-Gozo Channel se jkompli jaħdem bis-sħiħ għal servizz dejjem aħjar biex Għawdex ikun aktar aċċessibbli għal kulħadd
Other Press Releases:
PR262032
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...
PR262031