Left arrow Go Back

SUĊĊESS REKORD FIL-WIRJA AGRIKOLA ANNWALI-VILLA RUNDLE

pr1752
Date Icon 20/08/2013

Kif isir ta’ kull sena, reġgħet saret il-Wirja Agrikola fil-ġnien ta’ Villa Rundle bejn l-14 u l-15 ta’ Awwissu. Din il-wirja kienet suċċess b’numru rekord ta’ parteċipanti u viżitaturi li telgħu anke minn Malta, apposta għal din il-wirja.

Meta mqabbel mas-sena l-oħra, it-total ta’ parteċipanti tela’ minn 130 għal 158; żieda ta’ 28 parteċipant. Kien hemm ukoll żieda sostanzjali ta’ esebizzjonijiet ta’ prodotti, annimali, tjur u ħxejjex fejn is-sena l-oħra ammontaw għal 3,638 waqt li din is-sena n-numru tela’ għal 5,065, żieda ta’ 1,427 esebizzjoni.

L-akbar żieda fl-esebizzjonijiet kienet fis-sezzjoni tat-tjur, bajd u fniek fejn l-ammont tela’ minn 632 għal 1,074. Dan juri l-impenn serju tal-bord organizzattiv immexxi minn Anton F. Attard fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex li organizza din il-wirja fuq skala tant kbira li għaliha attendew mhux biss esebituri Għawdxin imma wkoll esebituri Maltin.

Fid-diskors tiegħu l-Ministru għal Għawdex Dr. Anton Refalo f’Jum Santa Marija spjega kif il-Ministeru għal Għawdex huwa impenjat li jagħti l-għajnuna kollha meħtieġa lill-bdiewa, raħħala u sajjieda f’dak kollu meħtieġ biex dawn ikomplu jkabbru s-suċċess tagħhom f’dan il-qasam tant importanti fil-gżira Għawdxija. Mhux biss il-Ministeru jgħin f’bini ta’ ħitan tas-sejjieħ u ż-żamma ta’ ambjent nadif bl-aħjar mod, imma wkoll jara li jġib fondi minn barra biex jintużaw miċ-ċittaddini lokali f’dan il-qasam. Din il-wirja ilha ssir f’Ghawdex sa mill-1855.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta

PR262031

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...

More Press Releases Right arrow