STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX
pr1751
20/08/2013
Tindif Tal-Bajja Ta’ San Blas
Il-Ministeru għal Għawdex jixtieq jagħmilha ċara li x-xogħlijiet li għamel fil-bajja ta’ San Blas Għawdex saru biex il-bajja titnaddaf mill-ammont kbir ta’ alga li daħlet fuq ir-ramel wara l-maltemp ta’ dan l-aħħar. Dan it-tindif sar biex il-bajja tkun tista’ titgawda mill-ħafna turisti Maltin u barranin li jżuru lil Għawdex f’dawn il-jiem tas-sajf. Il-Ministeru issa qed jikkordina mal-MEPA t-tkomplija ta’ dawn ix-xogħlijiet.
Fir-rigward tar-Ramla l-Ħamra, ix-xogħol kollu li sar, twettaq bil-permess tal-MEPA u fuq il-linja ta’ dak li kien isir fis-snin ta’ qabel. Ta’ min ukoll jinnota li l-fondazzjoni GAIA issapportjat il-ħidma li saret fir-Ramla l-Ħamra.
Stqarrijiet Oħra:
PR262032
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...
PR262031