STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ
pr1750
19/08/2013
Lil min qed tiddefendi l-Oppożizzjoni?
Il-Gvern għandu fiduċja fil-Bord tal-Pulizija mmexxi mill-eks Imħalllef Franco Depasquale.
Il-vittma ta’ dan il-każ talbet li tiltaqa’ ma’ uffiċjal tal-Ministeru u, bl-iktar mod korrett, il-Ministeru kif kien l-obbligu tiegħu laqa’ din it-talba. L-uffiċjal tal-Ministeru għadda lill-vittma quddiem il-Bord tal-Pulizija.
Il-Gvern qed jimxi bl-ikbar rettezza u trasparenza biex issir ġustizzja ma' min ħaqqu.
L-Oppożizzjoni għandha tiddikjara lil min qed tiddefendi bil-mod kif qed tipprova tippreġudika l-inkjesta indipendenti li qed titmexxa mill-Imħallef Depasquale.
Stqarrijiet Oħra:
PR262032
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...
PR262031