Left arrow Mur Lura

L-EWWEL LAQGĦA TAL-BORD GĦAR-REGOLMENTAZZJONI TAL-BINI

pr1748
Date Icon 19/08/2013

Fi żmien meta l-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura huwa mpenjat li jagħti attenzjoni partikolari lill-industrija tal-kostruzzjoni, pilastru ewlieni fl-ekonomija Maltija, se jkun assigurat li l-Bord għar-Regolamentazzjoni tal-Bini jkollu l-mandat li jixpruna dixxiplina u serjeta’ fl-istess qasam.

Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura l-Onor. Joe Mizzi qal dan meta aktar kmieni llum, saret l-ewwel laqgħa tal-Bord il-ġdid għar-Regolamentazzjoni tal-Bini (BRB).

Il-Ministru Joe Mizzi qal li l-Bord iservi bħala Bord tal-Appell jekk xi ħadd ikun irid jikkontesta deċiżjoni li tkun ittieħdet mill-Kap tal-Uffiċċju għar-Regolamentazzjoni tal-Bini (BRO), li għandu s-saħħa tal-Liġi li waqqfet l-istess Uffiċċju warajh.

Huwa qal li l-BRB qiegħed hemm biex jassigura li l-inforzar tal-istess regolamentazzjoni jkun qiegħed isir fil-parametri tal-liġi. Il-BRB irid jara wkoll li l-provvedimenti elenkati fil-Liġi jiġu mħarsa bi trasparenza fi żmien meta l-Gvern se jkun qiegħed jinkoraġixxi li l-bini f’Malta jkollu ‘Energy Performance Rating’ kif stabbilit, li abbażi ta’ hekk ikun jista’ jinħareġ kif suppost, ‘Energy Performance Certificate’.

Il-Ministru temm jgħid li l-Gvern se jibqa’ impenjat biex il-BRB ikollu sehem fit-tiġdid tal-ħiliet ta’ dawk involuti fl-industrija tal-kostruzzjoni, kif ukoll li jressaq proposti biex jiġi aġġornat l-Att li waqqaf lill-istess Uffiċċju (BRO) biex sussegwentament isiru t-tibdiliet fl-Att innifsu fil-Parlament.

Il-BRB, se jkollu bħala Ċermen lill-Perit Samuel Formosa B.E.&A. (Hons.), M.Sc. Arch. (Lond), M.Sc. (Env. Pln. & Mgt.), A.&C.E., u se jkun qed jissorvelja li l-politika li tkun qed titfassal għal dan il-qasam tkun waħda sostenibbli u li tħares kontinwament kemm lill-ambjent u kemm liċ-ċittadin.

Il-membri l-oħrajn tal-Bord huma l-Perit Michelle Piccinino B.E.&A. (Hons), is-Sur Anthony J Camilleri, il-Perit Simone Vella Lenicker, B.E.&A. (Hons), il-Perit Carmelo J. Barbara, B.E.&A. (Hons), M.Sc. (Lond), D.I.C, is-Sur Sandro Chetcuti u s-Sur Emanuel Psaila bħala s-Segretarju tal-Bord.

Il-ħatriet tal-membri tal-Bord jibgħu japplikaw għal sena b’seħħ mill-14 ta’ Ġunju, 2013.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta

PR262031

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...

Aktar Stqarrijiet Right arrow