Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI

pr1742
Date Icon 17/08/2013

Jason Azzopardi qed jipprova jippreġudika investigazzjoni indipendenti li qed issir mill-eks Imħallef Franco Depasquele permezz ta' stqarrija irresponsabbli.

Darryl Luke Borg, li kien il-vittma ta' din is-sitwazzjoni, avviċina lill-Ministeru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali li kien fid-dover li jiltaqa' mal-vittma. Matul l-istess laqgħa, il-vittma qal numru ta' fatti ġodda u ġie mħeġġeġ biex dawn l-affarijiet jgħidhom billi jixhed quddiem l-inkjesta indipendenti.

Il-Gvern għandu kull fiduċja li l-eks Imħallef Depasquele qed jisma' x-xhieda kollha li qed jitressqu quddiemu. Wieħed jittama li, fiż-żmien li ġej, il-konklużjonijiet ta' din l-inkjesta titfa' aktar dawl fuq il-każ u anke dwar il-mottivi li wasslu lil Dr Azzopardi jagħmel l-istqarrija li għamel illum.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta

PR262031

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...

Aktar Stqarrijiet Right arrow