L-ISPEAKER L-ONOREVOLI ANĠLU FARRUGIA JIRĊIEVI ŻJARA TA’ KORTESIJA MILL-KONSLU ĠENERALI TA’ MALTA F’SAN FRANCISCO
pr1738
16/08/2013
Waqt laqgħa li nżammet dalgħodu, l-Ispeaker l-Onorevoli Anġlu Farrugia, ippropona diversi miżuri li jistgħu jkunu ta’ benefiċċju għall-Maltin u dixxendenti tagħhom li jinsabu jgħixu barra minn xtutna u aktar minn hekk, l’hinn mill-Ewropa bħal fil-każ ta’ Maltin li jgħixu fl-Amerika, u dan fil-kuntest tas-sehem tal-Parlament Malti u d-drittijiet tal-Maltin ta’ barra.
Il-Konslu Ġenerali s-Sur Louis J. Vella li kien akkumpanjat mis-Sinjura Vella, irringrazzja lill-Ispeaker tal-laqgħa li kellu għall-ewwel darba ma’ Speaker Malti.
Stqarrijiet Oħra:
PR262032
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...
PR262031