KTIEB DWAR IL-FLORA F’PAJJIŻNA PPREŻENTAT LILL-MINISTRU LEO BRINCAT
Dalgħodu l-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat ġie ppreżentat bi ktieb, imqassam fi tlett volumi b’total ta’ 1,500 paġna, dwar il-flora f’pajjiżna.
Il-preżentazzjoni saret mill-awtur innifsu Alex Casha.
Il-ktieb bl-isem ta’ Flora of the Maltese Islands: An Introduction jiddeskrivi 670 speċi ta’ pjanti selvaġġi li jinstabu fil-gżejjer Maltin.
Il-Ministru Leo Brincat faħħar id-dedikazzjoni , l-impenn u r-riċerka intensiva li għamel l-awtur, kif ukoll l-użu kreattiv tal-fotografija.
Qal li dan il-ktieb apparti li jfittex l-oriġini tal-flora Maltija juri wkoll is-sbuħija ta’ dawn il-pjanti.
B’dan il-ktieb wieħed ikabbar l-għarfien tiegħu dwar il-flora f’pajjiżna kif ukoll il-ħtieġa li jkun hemm konservazzjoni ta’ wirt naturali tant prezzjuż għall-pajjiżna.
Il-Ministru Leo Brincat ħeġġeġ biex aktar Maltin u Għawdxin jidħlu għal xogħolijiet simili ta’ kitba u riċerka, xogħol li jagħmel ġieh lilhom u lill-gżejjer tagħna.
Stqarrijiet Oħra:
PR262032
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...
PR262031