Left arrow Go Back

KTIEB DWAR IL-FLORA F’PAJJIŻNA PPREŻENTAT LILL-MINISTRU LEO BRINCAT

pr1731
Date Icon 14/08/2013

Dalgħodu l-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat ġie ppreżentat bi ktieb, imqassam fi tlett volumi b’total ta’ 1,500 paġna, dwar il-flora f’pajjiżna.

Il-preżentazzjoni saret mill-awtur innifsu Alex Casha.

Il-ktieb bl-isem ta’ Flora of the Maltese Islands: An Introduction jiddeskrivi 670 speċi ta’ pjanti selvaġġi  li jinstabu fil-gżejjer Maltin.

Il-Ministru Leo Brincat faħħar id-dedikazzjoni , l-impenn u r-riċerka intensiva li għamel l-awtur, kif ukoll l-użu kreattiv tal-fotografija.

Qal li dan il-ktieb apparti li jfittex l-oriġini tal-flora Maltija juri wkoll is-sbuħija ta’ dawn il-pjanti.

B’dan il-ktieb wieħed ikabbar l-għarfien tiegħu dwar il-flora f’pajjiżna kif ukoll il-ħtieġa li jkun hemm konservazzjoni ta’ wirt naturali tant prezzjuż għall-pajjiżna.

Il-Ministru Leo Brincat ħeġġeġ biex aktar Maltin u Għawdxin jidħlu għal xogħolijiet simili ta’ kitba u riċerka, xogħol  li jagħmel ġieh lilhom u lill-gżejjer tagħna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta

PR262031

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...

More Press Releases Right arrow