Left arrow Go Back

L-ISPEAKER L-ONOREVOLI ANĠLU FARRUGIA JESPRIMI S-SOLIDARJETÀ TAL-PARLAMENT MALTI MAL-POPLU EĠIZZJAN

pr1730
Date Icon 14/08/2013

Dalgħodu l-Ispeaker tal-Parlament Malti, l-Onorevoli Anġlu Farrugia, kellu laqgħa twila mal-Ambaxxatriċi tal-Eġittu, l-Eċċellenza Tagħha s-Sinjura Magda Safwat Abdel-Hamid Baraka, fl-Uffiċċju tiegħu fil-Parlament.  Fil-laqgħa, li ntalbet mill-Ambaxxatur stess, ġiet diskussa l-qagħda imwiegħra li jinsab fiha l-Eġittu bħalissa, u l-Ispeaker Malti wera s-sogħba tiegħu li f’dan il-pajjiż ġar u ħabib ta’ Malta, qed jiġri d-demm fi ġlied bejn l-istess Eġizzjani. 

L-Ispeaker Farrugia tenna li l-vjolenza, tiġi minn fejn tiġi u tiġi għalfejn tiġi, qatt ma hija ġustifikata.  L-elezzjonijiet demokratiċi biex jiġu eletti r-rappreżentanti tal-poplu fil-parlament huma l-unika arma li jista’ jkollu ċ-ċittadin fl-Eġittu sabiex jassigura li pajjiżu jerġa’ jkun pajjiż kwiet, stabbli u li jkompli jħaddan l-irwol ewlieni li għandu bħala intermedjarju rispettat fir-reġjun. 

L-Onorevoli Farrugia aċċerta lill-Ambaxxatriċi Eġizzjana li, kif kien stqarr diġà fl-ittra li kien kiteb lill-President tal-Parlament Ewropew f’April li għadda, ftit jiem biss wara l-ħatra tiegħu fuq is-Sedja, kien se jagħmel dak kollu possibbli sabiex il-problema attwali fl-Eġittu tingħata attenzjoni xierqa mill-komunità internazzjonali.  Għal dan il-għan, huwa wiegħed lill-Ambaxxatriċi Baraka illi se jqajjem it-tema fil-fora internazzjonali illi huwa se jieħu sehem fihom fil-ġimgħat li ġejjin, fosthom fil-Konferenza tal-Assoċjazzjoni Parlamentari tal-Commonwealth fl-Afrika t’Isfel dan ix-xahar stess, kif ukoll fiż-żjara uffiċjali li se jagħmel fir-Rumanija f’Settembru. 

pr1730a.pdfpr1730a.pdf: Kopja ta’ ittra datata 24 ta’ April 2013 indirizzata lill-President tal-Parlament Ewropew, Martin Schulz

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta

PR262031

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...

More Press Releases Right arrow