Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-KULTURA U GVERN LOKALI, L-ONOR. JOSÉ HERRERA

pr1726
Date Icon 13/08/2013

Ninnota b’sodisfazzjon il-laqgħa li l-Prim Ministru kellu lbieraħ mal-Kumitat Vot 16. Dan il-kumitat twaqqaf minni preċiżament biex imexxi ‘l quddiem il-proċess storiku li f’pajjiżna għall-ewwel darba l-età tal-vot għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali tinżel għal sittax-il sena.

Stajna għazilna t-triq il-ħafifa u dak li wegħdna fil-manifest elettorali nintroduċuh mingħajr konsultazzjoni ta’ xejn. Imma, għax nemmnu f’dan il-proċess storiku li se jwassal għall-passi naturali oħra, fassalna diskussjoni li fiha inkludejna lil kulħadd.

Fost il-proposti li ħarġu minn din il-konsultazzjoni u, li l-Gvern qed jistudja bis-serjetà, hemm li ż-żgħażagħ ta’ bejn sittax u tmintax-il sena mhux biss jingħataw id-dritt tal-vot iżda, jekk possibli,jingħataw ukoll id-dritt li jikkontestaw.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta

PR262031

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...

Aktar Stqarrijiet Right arrow