IS-SEGRETARJAT GĦALL-AGRIKULTURA, SAJD U DRITTIJIET TAL-ANNIMALI JIRRISPONDI DWAR IL-ĦINIJIET TAL-KAĊĊA
pr1725
13/08/2013
Il-Gvern jinnota l-istqarrijiet differenti li saru minn għaqdiet fir-rigward tal-ħinijiet tal-istaġun tal-kaċċa tal-ħarifa.
Filwaqt li jinnota li dan l-istaġun qatt ma ġie kkontestat, il-Gvern jagħmilha ċara li d-dettalji tal-istaġun, inkluż il-ħinijiet li tħabbru, huma konformi mar-regolamenti Ewropej. Dan il-fatt ma ġie kkontestat minn ħadd.
Il-Gvern huwa konsistenti fil-politika tiegħu li kaċċaturi Maltin għandhom jiġu trattati bħal kaċċaturi f' pajjiżi oħra Ewropej, filwaqt li se jsir infurzar strett tar-regolamenti fejn dak li jkun jista' mhux biss jeħel multi iżda wkoll jitlef għal kollox il-liċenzja tiegħu.
Stqarrijiet Oħra:
PR262032
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...
PR262031