IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-AGRIKULTURA, SAJD U DRITTIJIET TAL-ANNIMALI IĦABBAR IL-BAJJIET ANIMAL FRIENDLY
Is-Segretarju Parlamentari għall-Agrikultura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, l-Onor. Roderick Galdes qed iħabbar ħames żoni tal-għawm għall-klieb. F’dawn iż-żoni, s-sidien tal-klieb jistgħu jieħdu l-klieb tagħhom għall-għawm. Dawn iż-żoni tal-għawm tal-klieb huma waħda mill-miri importanti tal-Gvern fil-qasam tat-Trattament xieraq tal-annimali.
Permezz tat-tnedija ta’ din l-inizjattiva, l-Gvern qiegħed iwettaq wegħda oħra favur id-drittijiet tal-annimali fejn is-sidien ta’ klieb jkunu jistgħu jgawdu l-baħar flimkien mal-klieb tagħhom matul ix-xhur sħan tas-sajf.
Il-pubbliku qiegħed jigi mfakkar li waqt li f’dawn iż-żoni tal-għawm, wieħed jista’ jieħu l-kelb tiegħu, dawn iż-żoni jibqgħu postijiet pubbliċi fejn anki il-pubbliku jinżel jgħum. Għaldaqstant is-sidien tal-klieb qed jiġu mfakkra li l-klieb għandhom jinżammu il-ħin kollu biċ-ċinga sakemm dawn jitniżżlu l-baħar.
Is-sidien għandhom iġorru boroż fuqhom biex jekk il-klieb tagħhom iħammġu, il-ħmieġ jinġabar minnufih u jiddisponu minnu f’bins li ġew impoġġija f’dawn iż-żoni. Huwa ferm importanti li s-sidien iżommu il-klieb tagħhom il-ħin kollu taħt osservazzjoni u kontroll biex ma joħolqux inkonvenjent lill-pubbliku. Dawn iż-żoni ha jkunu wkoll immonitorjati regolarment għall-kwalita’ tal-ilma.
Iż-żoni tal-għawm għall-klieb huma dawn li ġejjin:
- Mellieħa: Daħlet ix-Xmajjar (Aħrax)
- Baħar ic-Ċagħaq (Kosta ta’wara il-Kumpless Splash and Fun)
- Sliema: Tigne Point
- Marsaxlokk: Quddiem (Xatt is-Sajjieda/Triq Wilġa)
- Għawdex: Żebbuġ: Kosta ta’ Quddiem Triq il-Batterija (Maġemb il-Bajja ta’ Xwejni)
Is-Seġretarju Parlamentari għall-Agrikultura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali jixtieq jirringrazzja lid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali, lill-Kunsilli Lokali rispettivi, kif ukoll lill-Ministeru għal Għawdex li ħadmu id f’id mad-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali, Promozzjoni u Servizzi biex ġew identifikati dawn iż-żoni tal-għawm għall-klieb.
Stqarrijiet Oħra:
PR262031
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...
PR262030