Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-AGRIKULTURA, SAJD U DRITTIJIET TAL-ANNIMALI IĦABBAR IL-BAJJIET ANIMAL FRIENDLY

pr1713
Date Icon 10/08/2013

Is-Segretarju Parlamentari għall-Agrikultura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, l-Onor. Roderick Galdes qed iħabbar ħames żoni tal-għawm għall-klieb. F’dawn iż-żoni, s-sidien tal-klieb jistgħu jieħdu l-klieb tagħhom għall-għawm. Dawn iż-żoni tal-għawm tal-klieb huma waħda mill-miri importanti tal-Gvern fil-qasam tat-Trattament xieraq tal-annimali.

Permezz tat-tnedija ta’ din l-inizjattiva, l-Gvern qiegħed iwettaq wegħda oħra favur id-drittijiet tal-annimali fejn is-sidien ta’ klieb jkunu jistgħu jgawdu l-baħar flimkien mal-klieb tagħhom matul ix-xhur sħan tas-sajf.

Il-pubbliku qiegħed jigi mfakkar li waqt li f’dawn iż-żoni tal-għawm, wieħed jista’ jieħu l-kelb tiegħu, dawn iż-żoni jibqgħu postijiet pubbliċi fejn anki il-pubbliku jinżel jgħum. Għaldaqstant is-sidien tal-klieb qed jiġu mfakkra li l-klieb għandhom jinżammu il-ħin kollu biċ-ċinga sakemm dawn jitniżżlu l-baħar.

Is-sidien għandhom iġorru boroż fuqhom biex jekk il-klieb tagħhom iħammġu, il-ħmieġ jinġabar minnufih u jiddisponu minnu f’bins li ġew impoġġija f’dawn iż-żoni. Huwa ferm importanti li s-sidien iżommu il-klieb tagħhom il-ħin kollu taħt osservazzjoni u kontroll biex ma joħolqux inkonvenjent lill-pubbliku. Dawn iż-żoni ha jkunu wkoll immonitorjati regolarment għall-kwalita’ tal-ilma.

Iż-żoni tal-għawm għall-klieb huma dawn li ġejjin:

  • Mellieħa: Daħlet ix-Xmajjar (Aħrax)
  • Baħar ic-Ċagħaq (Kosta ta’wara il-Kumpless Splash and Fun)
  • Sliema: Tigne Point
  • Marsaxlokk: Quddiem (Xatt is-Sajjieda/Triq Wilġa)
  • Għawdex: Żebbuġ: Kosta ta’ Quddiem Triq il-Batterija (Maġemb il-Bajja ta’ Xwejni)

Is-Seġretarju Parlamentari għall-Agrikultura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali jixtieq jirringrazzja lid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali, lill-Kunsilli Lokali rispettivi, kif ukoll lill-Ministeru għal Għawdex  li ħadmu id f’id mad-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali, Promozzjoni u Servizzi biex ġew identifikati dawn iż-żoni tal-għawm għall-klieb.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta

PR262031

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...

More Press Releases Right arrow