Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U L-KONSERVAZZJONI TAL-ILMA

pr1711
Date Icon 10/08/2013

SITT KONSORZJI SHORTLISTED BIEX JISSOTTOMETTU ‘BID’ FINALI GĦALL-‘LONG TERM POWER PURCHASE AGREEMENT’ U ‘GAS SUPPLY AGREEMENT’ – ‘ON TRACK’ FIL-ĦIDMA TAL-GVERN LEJN KONTIJIET ORĦOS U ARJA AKTAR NADIFA.

Il-Korporazzjoni Enemalta llum ħabbret is-sitt konsorzji li gew shortlisted għall-Long Term Power Purchase u Gas Supply Agreement.

Dawn huma:

• Daewoo Shipping and Marine Engineering Company Ltd

• ElectroGas Malta Consortium

• Edison SPA

• Endeavour Energy Holdings LLC and Exodus Crossing LLC

• Soffimat Gestamp

• Yildirim Tecnicas Power and Gas

Dawn is-sitt konsorzji ġew shortlisted wara li kkwalifikaw skont il-kriterji f’dan il-proċess kompetittiv biex jissottomettu ‘bid’ finali għall-‘Power Purchase Agreement’ u ‘Gas Supply Agreement’.  Dan huwa pass ieħor fil-ħidma tal-gvern lejn kontijiet orħos u arja aktar nadifa.

Il-Ministeru jfakkar li dan il-Gvern beda jaħdem fuq dan il-proġett sa mill-ewwel jum fejn fi ftit inqas minn xahar wara l-elezzjoni, il-Gvern ħareġ is-sejħa internazzjonali tal-espressjoni ta’ interess u kapaċita` għall-Long term Power Purchase Agreement u Gas Supply Agreement.

Oriġinarjament kien hemm dsatax-il sottomissjoni, xhieda tal-interess qawwi f'dan il-proġett fattibbli. Dawn issa niżlu għal sitta; pass ieħor li juri li dan il-proġett qiegħed on track.

Minbarra li għaddej dan il-proċess, bħalissa għaddejjin ukoll l-istudji kollha meħtieġa biex il-MEPA, wara konsultazzjoni ma’ dawk kollha konċernati, eventwalment toħroġ il-permessi neċessarji.

Dan juri kemm il-gvern huwa kommess li mhux biss iraħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma kif imwiegħed, imma li jkollna arja iktar nadifa.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta

PR262031

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Is-saħħa mentali u l-benesseri fil-qalba tal-edukazzjoni – Il-Ministru Byron Camilleri jindirizza l-konferenza nazzjonali EduVoices 2026

PR262030

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...

Aktar Stqarrijiet Right arrow