STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U SIGURTA’ NAZZJONALI
pr1710
10/08/2013
IL-BORD TAL-PULIZIJA SE JITLAQQA’ NHAR IT-TNEJN
Wara l-investigazzjonijiet interni fil-Korp tal-Pulizija ġie deċiż li l-każ fejn persuna tressqet il-Qorti b’mod żbaljat mixlija b’hold up jibda jinstema minnufih quddiem il-bord indipendenti magħruf bħala l-Bord tal-Pulizija li huwa mmexxi mill-Ex Imħallef Franco Depasquale.
L-ewwel seduta se ssir nhar it-Tnejn 12 ta’ Awwissu biex tistabbilixxi b’mod mill-aktar ċar u trasparenti l-mod kif seħħew l-avvenimenti u l-passi li għandhom jittieħdu.
Il-Ministeru għall-Intern u Sigurta’ Nazzjonali jibqa’ jsostni li l-investigazzjonijiet għandhom jitmexxew b’pass mgħaġġel biex ikunu magħrufa l-fatti kemm jista’ jkun malajr.
Stqarrijiet Oħra:
PR262031
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...
PR262030