Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U SIGURTA’ NAZZJONALI

pr1710
Date Icon 10/08/2013

IL-BORD TAL-PULIZIJA SE JITLAQQA’ NHAR IT-TNEJN

Wara l-investigazzjonijiet interni fil-Korp tal-Pulizija ġie deċiż li l-każ fejn persuna tressqet il-Qorti b’mod żbaljat mixlija b’hold up jibda jinstema minnufih quddiem il-bord indipendenti magħruf bħala l-Bord tal-Pulizija li huwa mmexxi mill-Ex Imħallef  Franco Depasquale.

L-ewwel seduta se ssir nhar it-Tnejn 12 ta’ Awwissu biex tistabbilixxi b’mod mill-aktar ċar u trasparenti l-mod kif seħħew l-avvenimenti u l-passi li għandhom jittieħdu.

Il-Ministeru għall-Intern u Sigurta’ Nazzjonali jibqa’ jsostni li l-investigazzjonijiet għandhom jitmexxew b’pass mgħaġġel biex ikunu magħrufa l-fatti kemm jista’ jkun malajr.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta

PR262031

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...

More Press Releases Right arrow