XOGĦOL TA’ TISBIĦ FIR-RINELLA
Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi inawgura xogħol ta’ tisbieh u manutenzjoni li saru fuq ir-Rinella fil-Kalkara. Ix-xogħol fir-Rinella beda f’Mejju 2013 u tlesta fl-aħħar ta’ Lulju 2013, jiġifieri kien mibdi u lest taħt il-Gvern preżenti. Ix-xogħol sar kollu mill-ħaddiema tal-gvern u kien hemm xi subcontractors.
B’kollox intnefqu madwar 32,000 ewro biex sar dan ix-xogħol li minnu se jgawdu r-residenti tal-Kottonera kollha. Fost ix-xogħol li sar hemm: bankijiet tal-injam, bins, handrails għal persuni b’diżabilità, slide, tnaddaf il-ġebel minn qiegħ il-baħar, ġie rranġat il-jetty bil-konkos, inbidlu l-bollards fejn jorbtu d-dgħajjes, ingħalqet parti mill-moll bil-bollards biex ma jkunx hemm periklu u saret manutenzjoni ġenerali. Barra minn hekk sar tindif tal-area kollha, sa l-external lightning, tranġaw il-lamp posts u tranġaw l-concrete platforms. Barra minn hekk, tkaħħlu u ġew imbajda l-ħitan, inbnew ħitan tas-sejjieħ ġodda u nbnew mill-ġdid dawk li kienu mwaqqgħin min-niżla ‘l isfel.
Dan il-proġett kien parti minn wiegħda tal-elezzjoni ġenerali, imniżżla fil-Manifest Elettorali 2013, biex issir riġenerazzjoni tal-Kottonera: “Nibdew sensiela ta’ proġetti ta’ rijabilitazzjoni estensiva tal-Kottonera sabiex inkomplu niskopru mill-ġdid din il-ġawhra ta’ pajjiżna”.
Il-Ministru Joe Mizzi waqt il-konferenza ħabbar li qegħdin fil-proċess li jsir kumpless ħolistiku li jinkorpora fih showers, changing rooms, toilets u se tkun qed tintuża enerġija sostenibbli għaliex se jintuża l-ilma baħar għat-toilets filwaqt li l-ilma li jinġabar mill-bjut se jintuża għax-showers. Se jkun hemm ukoll użu tas-solar panels.
Il-Ministru Mizzi qal li flimkien mad-Dipartiment tax-Xjenza u t-Teknoloġija se jkun hemm proġett li jkompli fuq it-tisbieħ ta’ Rinella. Qal ukoll li se jkun qed jara li l-bajja tkun verament vijabli biex tintuża min-nies tal-Kottonera.
Il-Minisru kkonkluda li se jkun qed jisma’ s-suġġerimenti ta’ kulħadd kif diġa’ qiegħed jagħmel u mbagħad isir timeframe biex ikompli jsir ix-xogħol li hemm bżonn isir.
Stqarrijiet Oħra:
PR262031
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...
PR262030