Left arrow Go Back

L-Ambaxxatur tal-Ġermanja jagħmel żjara ta’ kortesija lill-Ministru għat-Turiżmu

pr1704
Date Icon 09/08/2013

Il-Ministru għat-Turiżmu l-Onor. Karmenu Vella kellu żjara ta’ kortesija mingħand l-Ambaxxatur tal-Ġermanja l-E.T. Klaus-Peter Brandes. Iż-żewġ naħat irrikonoxxew ir-relazzjonijiet mill-aktar tajbin li jeżistu bejn Malta u l-Ġermanja u li jmorru lura għal bosta snin. Fost l-oħrajn issemma’ l-fatt kif f’pajjiżna għandna diversi kumpaniji Ġermaniżi li għamlu suċċess.

Iż-żewġ naħat tkellmu dwar l-andament fil-qasam turistiku Malti, bil-Ministru għat-Turiżmu Karmenu Vella jgħid li għalkemm it-turiżmu mill-Ġermanja m’għadux it-tieni l-aktar popolari kif kien tradizzjonalment, jeżisti potenzjal biex is-suq Ġermaniż jerġa’ jkun minn ta’ quddiemnett. F’dan ir-rigward il-Ministru Vella semma’ kif il-linja tal-ajru Lufthansa riċentament żiedet aktar titjiriet lejn Malta u dan mistenni jissarraf f’żieda f’dik li hi seat capacity li minnha pajjiżna jista’ jibbenefika. Semma’ wkoll kif is-suq Ġermaniż huwa wieħed mill-aktar b’saħħtu fix-xhur tax-xitwa.

Il-Ministru għat-Turiżmu saħaq fuq l-importanza li għandha l-industrija tal-cruise liners f’Malta, fejn anke hawn is-suq Ġermaniż huwa wieħed tajjeb. Semma’ kif minkejja li din is-sena dan is-settur mistenni jirreġistra tnaqqis fl-ammont ta’ passiġġieri minħabba deċiżjoni meħuda fl-2012 minn operatur ewlieni li ma jżurx Malta, it-telf finanzjarju ta’ €10 miljuni se jkun irkuprat minn żieda ta’ turisti li se jkunu waslu bl-ajru u li mistennija jsarrfu f’total ta’ €100 miljun għall-industrija turistika. 

Temi oħra diskussa kienu jinkludu d-dewmien fil-ħruġ tal-visas u l-mod kif il-gvern qed jaħdem biex fil-kuntest tar-regoli tal-Unjoni Ewropea inaqqas iż-żmien ta’ stennija, u t-tagħlim tal-Ġermaniż f’Malta.

B’Malta bħala l-ewwel pajjiż fl-Ewropa li tagħha qiegħed iservi ta’ Ambaxxatur, l-E.T Klaus-Peter Brandes kellu kliem ta’ tifħir għall-organizzazzjoni u l-livell professjonali li bih kienet inawgurata Pjazza Teatru Rjal il-Ħamis filgħaxija u li kienet tinkludi kunċert mill-Orkestra taż-Żgħażagħ tal-Unjoni Ewopea fis-sit miftuħ tat-Teatru Rjal.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta

PR262031

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...

More Press Releases Right arrow