Left arrow Go Back

INGAĠĠ TA’ AKTAR STAFF NURSES MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA

pr1695
Date Icon 08/08/2013

Din il-ġimgħa ħarġet it-tieni sejħa f’anqas minn ħames xhur għall-post ta’ staff nurses fil-Ministeru għas-Saħħa, wara li ftit tal-ġimgħat ilu kienet saret l-ewwel sejħa. Dan juri l-impenn tal-Gvern bil-fatti, biex isaħħaħ is-settur tas-saħħa b’aktar health care professionals.

L-ewwel sejħa kienet saret għal 20 post. Din is-sejħa kienet saret biex tattira lil dawk l-infermiera li huma diġa kwalifikati u ta’ esperjenza biex jagħtu servizz fl-istituzzjonijiet tas-saħħa pubblika.

It-tieni sejħa hija maħsuba biex jimtlew 140 post ta’ staff nurses minn infermiera ġodda li se jkunu qed jiggradwaw fil-ġimgħat li ġejjin. B’dawn iż-żewġ sejħiet, il-Ministeru għas-Saħħa se jkun attira u kompla jsaħħaħ dan is-settur bl-ogħla numru ta’ infermiera f’perjodu ta’ ftit xhur.

Il-gvern kien ħabbar fil-Manifest Elettorali li biex l-aqwa kura possibbli tkun sostnuta, hemm bżonn tal-investiment fir-riżorsi, mhux lanqas dawk umani. Dan l-ingaġġ huwa pass ieħor biex tkun indirizzata tmexxija aktar professjonali fis-settur tas-saħħa, b’mentalità ffukata fuq it-titjib tal-effiċjenzi u biex tassigura wkoll l-aqwa servizz possibbli għall-pazjenti.

Il-Ministeru għas-saħħa se jibqa’ jkun kommess li jħajjar liż-żgħażagħ biex bħala karriera tagħhom jagħżlu mill-opportunitajiet ta’ health care professionals, fosthom infermiera. Is-settur tas-saħħa jagħti wkoll diversi opportunitajiet ta’ speċjaliżazzjoni biex dawk kollha li jagħżlu din il-qasam ikomplu javvanzaw fil-karriera tagħhom.

Il-Ministeru qed jaħdem bis-sħiħ biex il-pazjenti u l-familji tagħhom verament ikollhom servizz li jixirqilhom. Dan qed isir kemm bl-ingaġġ ta’ health care professionals f’diversi oqsma u wkoll billi jissaħħu s-servizzi li jingħataw f’dan is-settur.

Il-Manifest Elettorali jgħid biċ-ċar li l-iżvilupp u t-titjib tal-kura u s-servizz tas-saħħa jimxi ‘l quddiem b’investiment kontinwu fir-riżorsi umani li jaħdmu f’dan il-qasam. Għalhekk l-ingaġġ ta’ dawn l-istaff nurses huwa impenn biex titjieb u tkun sostnuta l-aqwa kura possibbli għall-pazjent u l-familja tiegħu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta

PR262031

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Is-saħħa mentali u l-benesseri fil-qalba tal-edukazzjoni – Il-Ministru Byron Camilleri jindirizza l-konferenza nazzjonali EduVoices 2026

PR262030

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...

More Press Releases Right arrow