STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU
Il-Gvern jinnota dikjarazzjoni li finalment saret mill-Kap tal-Oppożizzjoni dwar l-investigazzjoni tal-Awditur Ġenerali fuq aktar skandli fix-xiri taż-żejt.
Il-Gvern huwa favur li l-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi jiltaqa’ matul il-btajjel tas-sajf biex jiddiskuti dan il-każ. Il-Gvern iħoss ukoll li jekk ikun hemm il-ħtiega, għandu jsir dibattitu Parlamentari fil-ħin opportun meta terġa’ tibda titlaqqa’ l-Kamra.
Il-Gvern huwa sorpriż li l-Kap tal-Oppożizzjoni għamel din it-talba lill-Gvern meta huwa seta’ laqqa’ lill-Kumitat, fost l-oħrajn, permezz taċ-Chairman li huwa membru tal-Oppożizzjoni.
Il-Gvern jissuġerixxi li l-ewwel preparamenti għat-tlaqqiegħ tal-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi jsiru fil-Kumitat għax-Xogħol tal-Kamra li se jitlaqqa’ nhar il-Ġimgħa li ġej.
Other Press Releases:
PR262031
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...
PR262030