Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU

pr1691
Date Icon 07/08/2013

It-tanker MT Salamis se jkun qed iħalli l-post tiegħu barra l-ibħra Maltin u jbaħħar lejn Siracusa, fejn l-awtoritajiet Taljani aċċettaw li jilqgħu l-immigranti li jinsabu abbord.

Dan l-iżblokk seħħ wara li matul l-aħħar sigħat intensifikaw il-kuntatti diplomatiċi bejn il-Gvern Malti, dak Taljan u dak Grieg.

Il-Prim Ministru Malti, Joseph Muscat, irringrazzja lill-Prim Ministru Taljan, Enrico Letta u qal li permezz ta' din id-deċiżjoni, ir-relazzjonijiet u l-intiża bejn iż-żewġ Gvernijiet u pajjiżi se tkompli tikber.

Dr Muscat qal li matul din il-kriżi, il-pożizzjoni ta' Malta kienet dejjem soda u leġittima u li permezz tagħha intbagħat sinjal mill-aktar ċar.

Il-Prim Ministru rringrazzja lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali, Emanuel Mallia, lill-Brigadier tal-Forzi Armati, lill-Avukat Ġenerali u lill-uffiċjali tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru u Ministeru tal-Intern li ħadmu flimkien miegħu matul dan il-perjodu delikat.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta

PR262031

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Is-saħħa mentali u l-benesseri fil-qalba tal-edukazzjoni – Il-Ministru Byron Camilleri jindirizza l-konferenza nazzjonali EduVoices 2026

PR262030

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...

Aktar Stqarrijiet Right arrow