Left arrow Mur Lura

SUSSIDJU LILL-ISTUDENTI PART-TIME FUQ IN-NOLL TAL-VAPUR BEJN MALTA U GĦAWDEX

pr1688
Date Icon 06/08/2013

Il-Ministeru għal Għawdex qed iniedi b’effett immedjat, jiġifieri mill-ewwel ta’ Awwisu 2013, sussidju lill-istudenti li jkopri n-noll tal-vapur bejn Malta u Għawdex.

Dan is-sussidju jingħata lill-istudenti residenti f’Għawdex li jkunu qed isegwu korsijiet fuq bażi part-time fl-Università, fl-MCAST, fl-ITS u istituzzjonijiet oħra f’Malta.

Japplika wkoll għall-istudenti residenti f’Malta li jkunu qed iseġwu korsijiet fuq bażi part-time fl-istess istituzzjonijiet tal-edukazzjoni f’Għawdex.

Huma eliġibbli għal dan is-sussidju dawk l-istudenti li ma jkunux jaħdmu.

Il-ħlas tas-sussidju jsir darba kull tliet xhur, fl-aħħar ta’ Diċembru, ta’ Marzu u ta’ Ġunju.

Dawk l-istudenti li jkunu eliġibbli jridu jimlew formola ta’ applikazzjoni li tinġabar mid-Direttorat tal-Customer Services tal-Ministeru għal Għawdex jew titniżżel mis-sit elettroniku http://www.gozo.gov.mt/GozoPortal/downloads.aspx

Għal aktar tagħrif, wieħed jista’ jikkuntattja l-istess Direttorat fuq in-numru tat-telefon 22100265 jew permezz ta’ posta elettronika fuq l-indirizz subsidies.mgoz@gov.mt

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta

PR262031

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Is-saħħa mentali u l-benesseri fil-qalba tal-edukazzjoni – Il-Ministru Byron Camilleri jindirizza l-konferenza nazzjonali EduVoices 2026

PR262030

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...

Aktar Stqarrijiet Right arrow