Left arrow Go Back

JIĠU SOTTOMESSI 28 ESPRESSJONI INTERNAZZJONALI TA’ INTERESS GĦALL-IŻVILUPP TA’ MARITIME HUB FIS-SIT TAL-EKS SHIPBUILDING FIL-MARSA

pr1684
Date Icon 06/08/2013

Il-Privitisation Unit irċieva 28 espressjoni internazzjonali ta’ interess għall-iżvilupp ta’ Maritime Hub fis-sit tal-eks Shipbuilding fil-Marsa.

It-Tnejn, 5 ta’ Awwissu 2013, kien l-aħħar jum li fih l-investituri li kienu ġabru d-dokument setgħu jressqu l-proposti tagħhom.

Minn dawn it-28 sottomissjonijiet li saru, 11 huma proposti għall-iżvilupp tas-sit kollu, filwaqt li l-oħrajn huma proposti li jitrattaw parti minn dan is-sit li għandu kobor ta’ kwazi 175,000 metru kwadru. Skont l-Espressjoni Internazzjonali ta’ Interess li ħareġ il-Gvern, iż-żewg sitwazzjonijiet huma possibbli. L-investituri li ġabru l-Espressjoni Internazzjonali ta’ Interess ivarjaw minn kumpaniji Maltin kif ukoll barranin.

Il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, Dr. Chris Cardona, fisser dan l-ammont ta’ sottomissjonijiet bħala turija ta’ fiduċja mill-investituri fil-viżjoni li għandu dan il-Gvern, li jagħraf li Malta għandha potenzjal naturali biex issir ċentru marittimu ta’ eċċellenza fil-Mediterran.

“L-iżvilupp ta’ Ċentru Marittimu fil-Marsa huwa biss wieħed mill-miżuri li qed jieħu dan il-Gvern biex jistimula l-ekonomija, iqajjem in-negozju, jinċentiva l-ħolqien tal-impjiegi u jkattar klima li tagħti serħan il-moħħ u tattira lil min irid jinvesti, Malti u barrani”, sostna l-Ministru Cardona.

Dr. Chris Cardona qal li pajjiżna diġà qed jibgħat sinjali pożittivi tal-potenzjal li joffri u l-Gvern se jissokta bil-ħidma tiegħu b’inizjattivi ta’ dan it-tip biex jgħin l-ekonomija tikber b’rata viċin il-potenzjal sħiħ tagħha.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta

PR262031

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Is-saħħa mentali u l-benesseri fil-qalba tal-edukazzjoni – Il-Ministru Byron Camilleri jindirizza l-konferenza nazzjonali EduVoices 2026

PR262030

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...

More Press Releases Right arrow