Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI, L-AMBJENT U T-TIBDIL FIL-KLIMA

pr1674
Date Icon 05/08/2013

B’referenza u b’żieda ma’ dak li ġie rrappurtat li qal Dr. Edward A. Mallia fil-media lokali llum, favur l-għeluq temporanju tal-Park tal-Familja f’Marsaskala, l-Ministeru għall-Iżvilupp Sostentibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima  jixtieq jgħarraf lill-pubbliku li għas-serħan il-moħħ u minkejja li l-emissjonijiet mill-impjant ta’ Sant’Antnin sal-lum baqgħu pożittivi, bħala prekawzjoni addizzjonali u fuq parir tar-Review Team immexxi mill-istess Dr. Edward A. Mallia,  qed isir monitoraġġ  real time tal-arja minn Marsaskala stess.

Permezz ta’ din is-sistema real time qed isir monitoraġġ effettiv tal-akkwati, li issa ilu għaddej għall-ġranet sħaħ.

Għal dan l-iskop qed jintuża apparat speċjali tal-MEPA li se jintuża sakemm jibqa’ meħtieġ u dan għall-benefiċċju tal-ħaddiema, tar-residenti u ta’ dawk kollha li jiffrekwentaw iz-zona.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta

PR262031

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Is-saħħa mentali u l-benesseri fil-qalba tal-edukazzjoni – Il-Ministru Byron Camilleri jindirizza l-konferenza nazzjonali EduVoices 2026

PR262030

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...

Aktar Stqarrijiet Right arrow